Kurżitajiet Lokali

ILLEJLA: Hector Bruno se jkun il-mistieden ta’ PROFILI

Tul il-programm PROFILI tal-lejla se jkollna mistieden maħbub minn bosta, fejn xi ċajta ‘l hemm u ‘l hawn mhux se tonqos żgur.

Lil Hector Bruno ħafna jafuh bħala persuna ta’ fuq il-palk, jew televizjoni, iżda fil-programm se nidħlu aktar fl-isfond ta’ ħajjet Hector. X’kien jagħmel meta kien żgħir? Kif ġiet l-idea ta’ Jessie u Bessie?

Kollox għal-lejla fid-9.15pm, fl-aħħar episodju ta’ PROFILI għal din is-sensiela.