Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li r-reputazzjoni ta’ Malta teffettwa wkoll it-turizmu; element importanti ghall-kultura u s-sostenibbilta.
Fil-parlament hi sostniet li l-kultura hi element essenzjali għal servizz personalizzat biex dawn jiltaqgħu mal-kultura u mal-identità tal-pajjiż. Id-deputat Nazzjonalista tkellmet ukoll dwar l-importanza tar-reputazzjoni tal-pajjiż u qalet li din teffettwa anki l-aspetti kulturali fil-pajjiż.
Jeħtieġ li ssir dokumentazzjoni dwar l-istorja tal-films f’Malta, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li trattat ukoll l-importanza tar-restawr u tas-snajja Maltin.
//= $special ?>