Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal fil-parlament dalgħodu li r-responsabbiltà għaliex Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill-FATF hi kollha tal-Gvern Laburista.
Hu qal li l-lista l-griża hi pass qabel il-lista s-sewda u fiha Malta tpoġġiet mal-Panama, il-Bozwana, mas-Sudan u mal-Haiti. L-ebda Malti ma jixtieq jitpoġġa ma’ dawn il-pajjiżi; Malta hi l-ewwel pajjiż tal-UE li tpoġġiet fil-lista l-griża tal-FATF. Dan se jkollu effetti fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż li teffettwa l-investiment.
Hu qal li l-politika tal-PN wasslet biex tat garanija ta’ impjiegi lill-istudenti u lill-ħaddiema Maltin; kemm dawk professjonisti kif ukoll dak tal-id u ta’ setturi oħra.
L-Oppożizzjoni ilha twissi dwar il-lista l-griża iżda l-Gvern ma ħax l-azzjonijiet meħtieġa. Il-Gvern issa jrid jaġixxi fl-interessi tal-poplu; dan għandu jsir flimkien. Il-PN diġà wera l-id tar-responsabbiltà u jrid jaġixxi flimkien mal-Gvern u mal-imsieħba soċjali.
Clyde Puli kompla li l-Gvern daħħal lill-pajjiż f’din is-soluzzjoni iżda issa jrid ikun il-poplu kollu li joħroġ minn din is-sitwazzjoni. Malta spiċċat fil-lista l-griża tort tal-Gvern għax ħaseb li jista’ jgħaddi ż-żmien b’kulħadd.
L-FATF qalet li ma tistax tafda lil malat fil-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa b’rabta mal-kriminalità bi flus ġejjin md-drogi u mit-terroriżmu. Id-deputat Nazzjonalista kompla li ministri tal-Gvern kienu fetħu kont fil-Panama wara l-elezzoni tal-203, għamlu skema oxxena ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza, taw l-aqwa kuntratti lil Nexia BT, fetħu l-Bank Pilatus; dan huma kollha sinjali ta’ pajjiż li mhxu serju. F’25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista dawn l-affarijiet ma ġraw qatt, sostna Clyde Puli, li qal li Gvern Nazzjonalista investa fil-ħaddiema u fil-ħiliet tagħhom biex jieħdu l-opportunitajiet tax-xogħol tal-investiment ta’ kwalità li kien ġej fil-pajjiż.
//= $special ?>