Lokali Parlament

Issa l-mument li l-pajjiż idaħħal sistemi fiskali ġodda

Claudio Grech, PN


Id-deputat Nazzjonalista Claudio qalli f’dan il-mument ta’ Malat fil-lista l-griża, l-Gvern għandu jintroduċi l-pjani ta’ mudell fiskali differenti u ġdid.

Filk-parlment Claudio Grech qal li ċ-ċifiri tad-deficit li l-gvern ippreżenta fl-aħħar budget marru żmerċ bid-doppju. Kien jidher ċar li Malta kif se titpoġġa fil-lista l-griża, sostna Claudio Grech, li kompla li l-grey listing ma jirriflettix il-mod joperaw l-industriji Maltin.

Il-PN ilu jappella biex jinstabu modi differenti tas-sistema fiskali Maltija u jiddaħħal element ta’ ġustizzja fil-mod kif titħaddem it-taxxa.

Il-Gvern issa għandu jressaq il-pjani li għandu biex min irid juża’ lil Malta għal skopijiet tiegħu ma jitħalliex. Issa hu l-mument opportun biex isir kumitat parlamentari li jfassal it-triq ‘il quddiem biex ifassal it-triq dwar kif din tista’ titħaddem.