Lokali

It-tfajla ta’ Neil Agius tipproponilu qabel jibda l-vjaġġ tiegħu!

“Iva!”

Din kienet it-tweġiba ta’ Neil Agius meta eżatti qabel qabeż fil-Baħar Mediterran biex jibda vjaġġ uniku, it-tfajla tiegħu Lara niżlet għarkupptejha u pproponiet!

Viżibilment emozzjonat u sorpriż, Neil telaq għal vjaġġ ta’ għawm minn Linosa lejn Malta determinat iżjed minn qatt qabel biex la darba jasal fuq il-gżira Maltija, hu jkun jista’ jerġa’ jingħaqad mal-imħabba ta’ ħajtu.

Lara dejjem kienet hemm għal Neil biex tinkoraġġih għal kull pass diffiċli li jkun se jagħmel… u ma jistax jonqos li hi sabitu hemm ukoll, dejjem ta’ sapport għal xulxin!