Iż-żgħażagħ li l-bieraħ kienu nvoluti fl-inċident f’Tal-Barrani qalbu għall-aħjar wara li wieħed minnhom kien jinsab fil-periklu tal-mewt.
Iż-żagħżugħ minn Raħal Ġdid ta’ 26 sena, Lucas Azzopardi kien qed jissielet għall-ħajtu meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, b’konsegwenza li nqalbet u ħabat m’ambulanza privata li kienet qed issuq fid-direzzjoni opposta.
Iż-żagħżugħ li kien qed isuq l-ambulanza, Elton Cauchi ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, minkejja li kellu bżonn l-assistenza medika, dan ukoll jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
F’post fuq Facebook, Lucas skuża ruħu tax-xokk li ta lis-sewwieq tal-ambulanza filwaqt li awguralu fejqan ta’ malajr.
Iktar dettalji dwar dan l-inċident f’din il-link: