Matul il-jum tal-Ħadd fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista tan-Naxxar inżammet it-Tazza tal-Imnarja tas-subbuteo bl-isponsor ewlieni jkun il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo.
Din il-kompetizzjoni ntrebħet minn Jean Carl Tabone wara li fil-finali għeleb lil Jamie Bonnici 1-0. Intant f’din il-kompetizzjoni ħadu sehem tmien players li kienu maqsuma f’żewġ gruppi. Fi Grupp A kien hemm Jayden Bonnici, Jean Carl Tabone, Josef Camilleri u Jamie Bonnici. Fi Grupp B, kkompetew Gorg Ebejer, Melvin Barun, John Zammit u Joshua Bonnici.

Fis-semifinali, Jean Carl Tabone għeleb lil Gorg Ebejer filwaqt li Jamie Bonnici għeleb lil John Zammit, biex f’finali bilanċjata kien Jean Carl Tabone għeleb lil Jamie Bonnici 1-0. Gorg Ebejer temm fit-tielet post wara li fil-finali għat-3/4 post għeleb lil John Zammit 2-0.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo preżenta t-trofej lir-rebbieħa.
//= $special ?>