Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder appella fil-parlament biex il-kultura tiddaħħal iktar fis-soċjetà partikolarment fost l-istudenti fl-iskejjel.
Karl Gouder qal li l-wirt kulturali rikk li għandu l-pajjiż jitfa’ responsabbiltà biex dan ikun konservat u li jkun mgħoddi lill-ġenerazzjonijiet futuri aħjar milli jkun. Hu sostna li f’isem il-progress qed ikun hemm nuqqas ta’ attenzjoni lejn il-wirt storiku.
Tul il-pandemija kien hemm setturi li batew ħafna iżda isa jidher li kull industrija infetħet ħlief għall-industrija tal-kutura; dan wara li ħafna nies qed jiddeċiedu li jipprovaw jgħixu mill-kultura.
Hu appella biex isiru l-kunsiderazzjoni dwar in-numru ta’ persuni li jattendu l-attivitajiet u lesti jiddiskutu mal-gvern. Jeħtieġ li jinstab ftehim għal bilanċ bejn is-saħħa u s-settur kulturali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li jkun hemm apprezzament ikbar għall-aspett artistiku u qal lis-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali għandha bżonn ħafna iktar riżorsi umani. Hu qal li ż-żieda ta’ €100,000 fil-budget hi redikola u mhix biżżejjed biex isaħħaħ din l-entità meta din se titlef €500,000.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ Forti Ricasoli u s-sitwazzjoni diżastruża li jinsab fiha u qal li jeħtieġ li dan għandu jkun prijorità. Jekk mhux se tittieħed azzjoni din il-forti se tispiċċa għax hi viċin ferm il-baħar.
Karl Gouder qal li jeħtieġ li l-artisti kollha jibbenefikaw mill-fondi pubbliċi waqt li tissaħħaħ l-infrastruttura kulturali. Jeħtieġ l l-pajjiż ikolluwkoll sala tal-kunċerti.
//= $special ?>