Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal fil-parlament li jekk mhux se jittieħdu d-deċiżjonijiet ta’ riformi, il-gvern se jerġa’ jfalli t-test politiku tal-FATF f’Ottubru li ġej.
Adian Delia qal li l-Gvern se jerġa’ jissellef iktar minn €1 biljun u sostna li l-Gvern għandu jkun għaqli fil-mod kif juża dawn il-flus. Hu sostna li l-Gvrn qed jipprova jagħti l-impressjoni li kollox normali u li dan il-grey listing mhux se jeffettwa l-ekonomija.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-lista l-griża tfisser li l-investituri ma jiġux f’Malta.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta mhix mal-pajjiżi nodfa iżda l-Gvern mhxu preokkupat b’dan. Malta għaddiet mill-aspetti tekniċi iżda weħel mill-element politiku għaliex il-pajjiżi m’għandhomx il-fiduċja fil-kredibbiltà tal-poplu Malti.
Adrian Delia kompla li sa Ottubru l-gvern irid jipprova jagħmel dak li ma rnexxielux jagħmel s’issa. Hu appella biex Edward Scicluna jitneħħa mill-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali u qal li fl-istess waqt Konrad Mizzi għadu deputat Laburista meta dan mar jagħti €100 mijun lil min seraq l-isptarijiet. Id-deputat Nazzjonalista qal li ċ-Chairman tal-FIAU jaqa’ taħt Edward Scicluna; kif jista’ xi ħadd jemmen li l-affarijiet qed isiru bis-serjetà?
Hu semma’ lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u qal li l-PN kien iddikjara li l-pajjiż ma jistax jibqa’ jagħmel in-negozju mal-Ażerbajġan u li f’kull kuntratt ikun hemm il-korruzzjoni istituzzjonali.
//= $special ?>