Lokali

Jipprova jidħol f’pajjiżna bi 3kg marijuana moħbija fil-bagalja

Passiġġier li kien ġej minn Barċellona nqabad iġorr madwar 3 kilogrammi marijuana mid-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-passiġġier Brażiljan kien qed jipprova jdaħħal din il-kwantità kbira ta’ droga bil-bagalja tiegħu iżda nqabad meta kellu jgħaddiha minn x-ray scan. Kien hawnhekk fejn inħoloq dubju ta’ x’kien hemm eżatt fil-bagalja u wara li saret tfittxija mill-Uffiċjali tad-Dwana fil-bagalja u fuq il-persuna stess, kien konfermat li kien qed iġorr il-marijuana.

Hu ġie arrestat mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mistenni jidher il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

Ritratti: Dwana