Wara li l-ġimgħa li għaddiet, pajjiżna kien greylisted mill-FATF kawża tad-deċiżjonijiet żbaljati mehuda mill-Gvern Laburista…issa l-istess Gvern ma jafx x’ser jagħmel biex johrogna minn din il-lista l-griza.
Dan kkonfermawh it-twegibiet illi tawna l-Ministri tal-Gvern ta’ Robert Abela, meta t-Tnejn filghodu ġew mistoqsija minn Net News x’ser jagħmel il-Gvern sabiex Malta titneħħa minn din il-lista u terġa’ tieħu ir-reputazzjoni li kellha.
Net News jinsab infurmat li din il-kwistjoni tal-greylisting holqot qasma fil-Kabinett ta’ Robert Abela – b’uhud mill-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jaghmlu pressjoni sabiex il-Prim Ministru verament juri li hu “leader” u mhux jibqa’ jitmexxa mill-istess nies li kienu qrib Joseph Muscat. U li dawn, ghalkemm mhux fid-deher, xorta wahda ghadhom influwenza kbira fuq Robert Abela.
Intant, qabel il-laqgħa tal-Kabinett, stqasejna wkoll lill-Ministri x’kienet ir-raġuni għalfejn il-Gvern kaxkar saqajh fejn jidħol il-Pjan ta’ Irkupru Ekonomiku – pjan li kien diskuss f’din il-laqgha tal-Kabinett.
Filfatt, lanqas il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ma tagħna data dwar meta eżatt ser ikun qed jiġi ppreżentat dan ir-recovery plan.
//= $special ?>