Lokali Parlament

Malta teħtieġ pjan nazzjonali biex toħroġ mill-lista l-griża

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal fil-parlament li din l-grey listing ta’ Malta hi problema nazzjonali riżultat ta’ kompliċità min-naħa tal-Gvern; jeħtieġ li jkun hemm azzjoni u soluzzjoni nazzjonali. Għalhekk il-PN għamel il-proposta li ssir task-force nazzjonali għaliex il-PN lest jaħdem biex Malta terġa’ titpoġġa fuq il-lista l-bajda. Jeħtieġ azzjoni, pjan strateġiku u pjan nazzjonali biex dan isir.

Mario de Marco qal li l-ispiża rikorenti qal li fil-kirżi l-gvern kien se jkollu inqas flessibbiltà biex jopera u sostna li d-defecit se jkun ta’ €1.6 biljun; ċifra straordinarja. Dan juri li t-bassir tal-Gvern mar żmerċ minn €750 miljun għal €1.6 biljun. Hu appella biex il-Gvern jispeċifika fejn mar żmerċ dan it-tbassir tal-Gvern u staqsa jekk dan sarx minħabba l-pademija COVID.

Id-eputat Nazzjonalista qal li l-PN kien wissa’ li d-dħul ma jistax ikun daqs dak tal-2019 iżda l-ex Ministru Edward Scicluna baqa’ jinsisti li dan se jkun l-istess. Hu staqsa jekk Edward Scicluna hux se jibqa’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali u jekk hux se jassumi responsabbiltà.

Mario de Marco qal li Malta spiċċat fuq il-lista l-griża minħabba l-Gvern u spjega kif din id-deċiżjoni ma kinitx minħabba dak li seħħ fl-aħħar xhur iżda minħabba li l-Ġermanja, l-Istati Uniti u l-Ingilterra ma kienux konvinti mill-miżuri tal-Gvern.

Hu qal li tradizzjonalemnt dawn il-pajjiżi dejjem kienu ħbieb ta’ Malta iżda sisa ma kienux konvinti li dan il-Gvern għadu r-rieda politika li jiġġieled il-korruzzjoni. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern ħaseb li ħadd ma kien se jagħti każ tal-korruzzjoni jew tan-nuqqas ta’ governanza tajba.

Hu sostna li kien Gvern Laburista li mill-ewwel għamel l-awtoritajiet każin politiku kisser il-kredibbiltà tal-Korp tal-Pulizija u li ħeba l-korruzzjoni flok iġġieldilha.

Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta llum hi l-ewwel pajjiż tal-UE li spiċa fuq il-lista l-griża; illum spiċċat l-għajta tal-aqwa fl-Ewropa jew fid-dinja. Il-prezz ta’ din is-sitwazzjoni se jħallsu l-poplu Malti għax issa Malta se jkollha vuċi dgħajfa madwar il-mejda tad-diskussjoni filwaqt li se jkun hemm impatti ekonomiċi.