Lokali

Neil Agius għadu kemm beda l-għawma bejn Linosa u Malta

L-għawwiem Malti, Neil Agius għadu kemm beda l-għawma tiegħu bejn Linosa u Malta f’attentat li jikser rekord dinji.

Agius qed jippjana li jasal Malta l-Erbgħa wara rotta li se tieħu bejn 50 u 55 siegħa mingħajr ebda waqfien nofs triq.

Hu jixtieq jikser ir-rekord dinji attwali tal-itwal għawma kontinwa, mingħajr għajnuna, u newtrali kurrenti t-tul ta’ segment wieħed, tinsab f’124.4 kilometru, bid-distanza tar-rotta ta’ Agius mistennija tkun ta’ 130 kilometru.

Ma’ Neil hemm 32 membru tal-ekwipaġġ li se jkunu fuq diversi dgħajjes jakkumpanjawh matul il-vjaġġ biex jassiguraw li ma jkun nieqes minn xejn.

Neil qed jagħmel din l-isfida biex iqajjem l-għarfien dwar l-għaqda Wave of Change fejn qed iħeġġu lill-pubbliku biex jieħdu sehem fid-#DoubletheWave⁠ Challenge. L-għan huwa li wieħed jiġbor sitt biċċiet tal-plastik f’kull ħin u f’kull post, jieħu ritratt tas-sitt biċċiet tal-plastik miġbura u jitteggjaw #DoubletheWave⁠ u @waveofchangemalta filwaqt li jinnominaw sitt persuni biex jingħaqdu magħhom!

Oriġinarjament, Neil kellu jieħu rotta differenti iżda minħabba ċertu restrizzjonijiet, ir-rotta kellha tinbidel kompletament. Idħol f’din il-link għal iktar dettalji dwar it-tibdil fir-rotta: