Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li safa vittma ta’ serqa

Raġel barrani ta’ 46 sena weġġa’ gravi wara li safa vittma ta’ serqa fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija r-raġel daħal fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid bi dmija jirraporta li kellu argument fi Pjazza Antoine De Paule.

Jidher li raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, weġġa’ lill-vittma, seraqlu l-mowbajl u wara ħarab minn fuq il-post.

Ir-raġel ta’ 46 sena ngħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.