Ekonomija Lokali Parlament

“Robert Abela għandu jiċħad lil Joseph Muscat” – Bernard Grech

Il-Kap tal-PN Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech appella lill-Gvern biex jisma’ l-għajta tal-poplu, jneħħi s-suppervja u jmur għad-diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni u mal-imsieħba soċjali biex jinstabu s-soluzzjonijiet.

Fil-parlament dalgħodu l-Kap tal-PN qal dawn huma żminijiet surreali iżda l-Ministru tal-Finanzi kien ukoll surreali fid-diskors tiegħu li fih kien tekniku iżda jibża’ u jistħi jgħid li l-akbar sfida għas-suq tax-xogħol hi ċ-ċertifikat ikrah li l-PL kiseb nhar l-Erbgħa li għadda.

Dan hu hu ċ-ċertifikat tal-Gvern; din hi r-realtà li l-Gvern dendel m’għonq il-poplu Malti, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-Gvern irid lill-poplu jemmen li issa qisu business as ususal.

Il-Gvern mhux jirrrealizza li hemm bżonn politika differenti biex il-pajjiż joħroġ minn din il-kriżi. Il-Gvebrn ilu ħamest ijiem wara din l-aħbar kerha iżda għadu ma semma’ l-ebda proposta biex il-pajjiż jinqala minn dan l-iskoll għax il-greylisting mhux se jgħaddi waħdu.

Hu kompla li l-Gvern qed jagħti l-imrpesjosni li ftit xhur kollox se jiun irranġa għalkemm il-Ministru tal-Finanzi qed jgħid li sa Ottubru l-pajjiż mhux se jkun ħareġ minn din il-problema.

Il-Gvern għandu jibqa jgħid il-verità lill-poplu u ma jiqbax jgħaddi n-nies bi-żmien. Hemm ħafna nies li qed jirrealizzaw li l-ħafna kliem ta’ ftaħir mhux qed iwassal ‘il quddiem.

Il-Kap tal-PN qal l iss al-Gvenr irid ipoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-poplu idża qabel kien ipoġġi lil Joseph Muscat u n-nies madwaru fiċ-ċentru għax kienu jibqgħu jiddefenduhom; il-Gvern kontinwament jipprova jdaħħal f’ħaddieħor. Kien il-Gvern stess li ġab iċ-ċirkostanzi fuq il-pajjiż, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li jaħbi kemm jaħbi l-verità tibqa’ dik li hi.

Bernard Grech sostna li kull ġurnata fil-lista l-griża se tissarraf f’nuqqas ta’ investiment barrani; liema investiment kull Gvern tant ħadem għalih flimkien mal-poplu. Se jkun il-poplu kollu li jbati minn din is-sitwazzjoni, sostna Bernard Grech, li kompla li l-greylisting seħħ minħabba l-ħidma tal-Gvern bie xjipproteġi lil min wettaq l-irregolaritajiet.

Jeħtieġ f’dan il-mument konsensus nazzjonali, appella Bernard Grech, li qal li l-PN jagħmel l-għażliet fl-aħjar interess tal-poplu anki jekk jidher dgħajjef għaliex l-ewwel responabbiltà hi lejn il-poplu.

Il-popu hu rrabbjat għaliex kien il-Gvern li witta t-triq għal dan kollu li għalih se jbatu l-ħaddiema; sħab il-gvern mhux se jbatu għax jinsabu barra minn Malta jaraw il-football Ewropew.

Il-Kap tal-PN kompla li l-azzjonijiet tal-Gvern wasslu għal ħsara kbira u qal li ir-rabja tal-poplu diġà niżżlet mill-Gvern lill-akbar politiku fl-2019. Ejja ma ninjorawx din ir-rabja tal-poplu, sostna l-Kap tal-PN, li kompla li l-PN jibqa’ joffri l-id tal-għajnuna billi tonħoloq task-force nazzjonali biex titwarrab l-arroganza u s-suppervja u flimkien, il-pajjiż jabqad it-triq żl quddiem biex joħroġ mil-lista l-griża.

Bernard Grech kompla li l-PN hu impenjat li jgħin lill-pazjent Malta biex tirkurpa iżda l-Prim Ministru qed jgħid li m’għandux bżonn task-force għax hemm kumitat tekniku. Il-Prim Ministru jibqa’ jistina ruħu iżda dan mhux il-mument tas-suppervja anzi l-mument tas-solidarjetà u l-umiltà.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan mhux l-aqwa żmien anzi kulħadd jistħi mis-sitwazzjoni u appella beix jinstabu soluzzjonijiet u għodda oħra. Il-Prim Ministru falla għax qed iħalli s-suppervja tikkmandah flok jaħdem flimkien għall-ġid tal-pajjiż.

Hu appella biex tispiċċa l-politika tal-bitħa tal-iskola. Il-pajjiż għandu bżonn politika serja, sostna Bernard Gerch, li kompla li l-Oppożizzjoni għandha obbligu kostituzzjonali lejn il-poplu. Il-PN jemmen li l-bniedem hu fiċ-ċentru tal-politika u lest li jwettaq din il-politika jekk ikollu l-appoġġ tal-poplu.

Għalhekk il-PN se jieħu serja ta’ miżuri fil-parlament biex dan jirrikonoxxi l-problema li l-Gern ħab lill-pajjiż fiha. Jeħtieġ li lkoll nifhmu s-sitwazzjoni. L-Oppożizzjoni qed titlob biex il-Gevrn ressaq id-dokumentazzjoni sħiħa mal-FATF inkulu ir-rapport dettaljat u l-pjan ta’ azzjoni. Il-PN se jagħmel talbiet parlamentari b’urġenza.

Il-Whip se jressaq proposta fil-parlament biex issir diskussjoni strutturata li tinvolvi lill-industrija għax għandu jitwaqqaf kumitat parlamentari biex jiddiskuti s-sitwazzjoni u joħroġ b’soluzjzonijiet.

Il-Kap tal-PN kompla li l-parlament ma jistax ikun assenti minn din id-diskussjoni; min ikisser ma jistax isewwi. Hu sostna li l-Prim Ministru qed jipprova jnaqqas mill-effetti tal-greylisting tal-FATF.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru kien ikun spalla ma’ spalla ma’ Joseph Muscat u kien il-konsulent tiegħu waqt li ried il-kontinwità; kien parti mill-Kabinett tal-ikbar korrott fid-dinja.

L-aqwa żmien spiċċa u l-Prim Ministru għandu jiċħad lil Joseph Muscat biex jitneħħa d-dell ikrah li għandu l-pajjiż. Muscat għandu jitkeċċa mill-PL u jitneħħa mill-oronifiċjenzi li għandu. X’qed iżommu lill-Prim Ministru milli jagħmel dan? Jekk dan ma jsirx allura l-Prim Ministru jkun kuntent b’dak li ħab Joseph Muscat.

L-interess tal-PN huma l-interessi tal-familji u l-ħaddiem Maltin, sostna Bernard Gerch, li kompla li l-interess tal-PN hu li l-poplu jerġa’ jkun kburi li hu Malti u jitneħħa mil-lista l-griża.

Il-poplu jrid biss li jimxi ‘l quddiem, sostna l-Kap tal-PN, li kompa li l-Gvern għandu jisma’ l-għajta tal-poplu. Il-PN qed jagħti l-aħħar ċans lill-Gvern biex jiffaċċja fl-interess nazzjonali, sostna l-Kap tal-PN.