Ebda żviluppi fil-kwistjoni tal-warrants tal-Avukati hekk kif il-Gvern għadu qed iwebbes rasu u jippersisti b’Abbozz ta’ liġi qed jiżvaluta l-professjoni legali.
L-Abbozz ta’ liġi in kwistjoni beda jiġi diskuss fil-Parlament fi stadju ta’ Tieni Qari u fih il-Gvern qed jipproponi l-ħtieġa li l-warrant ikun limitat biss għal xogħol fil-Qrati. Servizzi legali oħra bħal pariri legali, abbozzar ta’ kuntratti u oħrajn ma jibqgħux bil-ħtieġa ta’ warrant u jistgħu jiġu provduti minn persuni li għandhom biss il-kwalifiċi akkademiċi – jiġifieri kors universtarju.
Iżda l-Abbozz ta’ liġi ippreżentat ftit tal-ġranet ilu, ibiddel kompletament emendi fil-liġi li daħħal l-istess Ministru tal-Ġustizzja inqas minn xahrejn ilu. Fil-fatt, emenda li għaddiet mill-Parlament u saret liġi fl-20 ta’ April li għadda tgħid ċar li ebda persuna ma tista teżerċita l-professjoni ta’ avukat jew tipprovdi servizzi legali f’Malta mingħajr ma jkollha warrant.
Dan kollu huwa turija ċara li l-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammut Lewis ried iħott partijiet importanti minn din il-liġi mingħajr ma kkonsulta mal-partijiet konċernati.
Ikkonfrontat mill-mistoqsijiet ta’ Net News, Zammit Lewis ammetta li se jkompli għaddej bil-politika tiegħu anke jekk dawk involuti ma jaqblux mad-deċiżjoni tiegħu…bil-Ministru Zammit Lewis jinfexx fi ftaħir għall-ħimda tiegħu.
Li ma qalx il-Ministru hu li f’temp ta’ ftit ġimgħat għamel u-turn f’dan il-qasam tant importani tal-ġustizzja.
//= $special ?>