Ħarġu ħafna avviżi biex wieħed jevita li joħroġ fix-xemx diretta hekk kif matul dawn l-aħħar jiem pajjiżna qed jesperjenza mewġa ta’ sħana. Iżda wieħed m’għandux jieqaf biss billi jħares saħtu iżda wkoll saħħet l-annimali domestiċi tiegħu.
Kien għalhekk li MSPCA ħarġu linji gwida biex wieħed josserva fil-konfront tal-annimali tiegħu:
- Evita li tmexxi l-klieb fl-għeqqel tal-ġurnata hekk kif it-triq kapaċi taħraqilhom saqajhom;
- Ara li l-annimali għandhom post għad-dell fejn jistkennu;
- Żomm viċin tagħhom xi ħaġa kiesħa biex jiffriskaw (ice pack jew pool bl-ilma);
- Kun ċert li għandhom biżżejjed ilma (tista’ żżid ftit silġ);
- Qatt tħalli l-annimali fil-karozza;
- Jekk l-annimal għandu pil abjad, hu importanti li jiġi applikat sun cream biex ma jinħarqux.
Wieħed hu importanti li joqgħod attent għal sintomi li jwasslu għal puplesija, fosthom:
- Nifsijiet qawwijin;
- Aġitat jew konfuż;
- Il-ħanek jew l-ilsien ikun aħmar;
- Aċċessjonijiet.
Jekk wieħed josserva dawn is-sintomi, l-annimali għandhom jitpoġġew f’post frisk, jingħata l-ilma iżda ma jiġux sforzati jixorbuh u jixxarbu b’ilma fietel.
//= $special ?>