Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19 – 6 każi ġodda u ebda persuna mfejqa

Huma 6 l-każi ġodda ta’ Covid-19 li ġew irreġistrati fl-aħħar 24 siegħa bil-każi totali sa minn Marzu tal-2020 żdiedu għal 30,618.

Dan filwaqt li bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma fieqet ebda persuna sabiex it-total ta’ persuni mfejqa għadu qed jammonta għal 30,158.

Fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irrapportata ebda fatalità kawża ta’ dan il-virus qerriedi bit-total ta’ imwiet fil-Gżejjer Maltin jammonta għal 420.

Għaldaqstant it-total ta’ każi attivi żdied għal 40.

Sal-jum tat-Tnejn kienu 315, 768 -il persuni mlaqqma b’mod sħiħ.