F’Wembley Stadium l-Ingilterra jeliminaw lill-Ġermanja u jikkwalifikaw għall-kwarti finali tal-Euro 2020
Fl-ewwel taqsima iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom bl-Ingilterra jkollhom xi ftit aktar il-pusses tal-ballun. L-ewwel Raheem Sterling impenja lil Manuel Neuer b’xtt mid-distanza biex ftit wara Timo Werner ra’ l-konklużjoni salvata tajjeb minn Jordan Pickford, bl-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ 0-0.
Fit-tieni taqsima il-partita intlagħbet f’nofs il-ground biż-żewġ timijiet ikunu kawti fl-azzjonijiet tagħhom. Madanakollu fis-76 minuta l-Ingilterra marru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Luke Shaw kien Raheem Sterling li mill-viċin tefa’ fil-lasta u għeleb lil Manuel Neuer għal 1-0. Biex fis-86 minuta l-Ingilterra rdoppjaw meta minn cross ta’ Jack Grealish kien l-attakkant prolifiku Harry Kane li bir-ras tefa’ ġewwa għal 2-0.
Ingilterra : J.Pickford, K.Walker, L.Shaw, D.Rice, J.Stones, H.Maguire, H.Kane, R.Sterling, K.Trippier, K.Phillips, B.Saka
Ġermanja : M.Neuer, A.Rudiger, M.Ginter, M.Hummels, J.Kimmich, K.Havertz, T.Kroos, T.Werner, L.Goretzka, R.Goens, T.Muller
Referee: D.Makkeilie
Assistenti Referees : H.Steegtra, J. De Vries
//= $special ?>