L-Ukrajna jikkwalifikaw fl-aħħar sekondi
Fl-ewwel taqsima l-Ukrajna marru fil-vantaġġ fis-27 minuta meta minn cross ta’ Andriy Yarmolenko kien Oleksandr Zinchencko li b’volley għeleb lil goalkeeper Żvediż għal 1-0. Madanakollu, fit-43 minuta l-Iżvezja ġabu l-gowl tad-draw meta minn pass ta’ Alexander Isak kien Emil Forseberg li kkonkluda ġewwa għal 1-1.
Fit-tieni taqsima minkejja l-isforzi kontinwi taż-żewġ timijiet l-iskor baqa’ ma nbidilix bil-partita jkollha tmur għall-ħin barrani. Fil-ħin barrani l-Iżvezja spiċċaw jilagħbu bi plejer anqas hekk kif tkeċċa Marcus Danielson fuq daħla kerha fuq Artem Biesiedin fil-102 minuti.
Madanakollu hekk kif kollox deher li l-partita se tmur għall-għoti tal-penalties l-Urkajna skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-121 minuta tal-ħin mogħti żejjed hekk kif minn cross ta’ Oleksander Zinchenko kien Artem Dobvyk li bir-ras xeħet ġewwa, biex ta l-kwalifikazzjoni lill-Ukrajna. Issa jiltaqgħu kontra l-Ingilterra fil-kwarti finali.
Ukrajna : R.Olsen, M.Lustig, V.Lindelof, M.Danielson, L.Aufustinsson, K.Olsson, A.Ekdal, S.Larsson, E.Forseberg, D.Kulusevski, A.Isak
Żvezja : G.Buschan, M.Matviyenko, S.Krystov, I.Zavarnyi, O.Karavev, S.Sydorchuk, T.Stepanenko, O.Zinchenko, M.Sharapenko, R.Yaramachuk, A.Yarmolenko
Referee: D.Orsato
Assistenti Referees: A.Giallatini, F.Preti
//= $special ?>