Sport Sport Ieħor

Federer u Djokovic jikkwalifikaw | Tsitsipas eliminat

Fl-ewwel ġurnata tal-Wimbledon kemm Roger Federer, Novak Djokovic kif ukoll il-Brittaniku Andy Murray avvanzawa għar-round li jmiss tal-Wimbledon, iżda s-sorpriża tal-ġurnata kienet ta’ Stefanos Tsitsipas.

L-Iżvizzeru Roger Federer fir-ritorn tiegħu ukoll avvanza għar-round li jmiss wara walkaover fuq Adrian Mannarinno, wara li fl-aħħar sett il-Franċiż sofra injury u kellu jirtira. L-iskor parzajili kien dak ta’ 6-4 6-7 6-3 6-2 favur Roger Federer.

Sadanittant aktar kmieni, Novak Djokovic għeleb lil Jack Draper 4-6 6-1 6-2 6-2, b’ Andy Murray min-naħa l-oħra jegħleb lil Nikoloz Basilashvili 6-4 6-3 5-7 6-3. Madanakollu l-Grieg Stefanos Tsitsipas kien eliminat mill-Amerikan Frances Tiafoe fi straigħt sets 6-4 6-4 6-3.