Permezz tal-Korp tal-Pulizija, il-Gvern ta’ Robert Abela pprojbixxa milli ssir dimostrazzjoni paċifika skedata għall-Erbgħa 30 ta’ Ġunju fi Pjazza San Ġorg fil-Belt Valletta.
Dan tħabbar mill-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u Divertiment fejn ġie spjegat li l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Kenneth Haber għarrafhom f’ittra uffiċjali li d-dimostrazzjoni ma ngħatatx il-permess legali biex issir.
Dan minkejja li d-dimostrazzjoni ‘Daqshekk Siekta’ kienet pjanata li tkun protesta paċifika, bil-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni, inkluż distanza soċjali.
Madanakollu l-MEIA spjegat li l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju se tkun qed tixxandar konferenza tal-aħbarijiet fis-7.30pm.
//= $special ?>