Futbol Sport

Imut Guentcho Dobrev, eks coach tat-tim nazzjonali Malti

Fis-siegħat li għaddew tħabbret il-mewt tal-eks coach tat-tim nazzjonali Malti Guentcho Dobrev fejn qatta’ bosta snin fit-tmexxija ta’ diversi skwadri f’pajjiżna.

Dobrev jibqa’ mfakkar għas-snin li għamel bħala coach tat-tim nazzjonali Malti bejn l-1984 u l-1987, fejn f’dan il-perjod mexxa lil Malta għal 21 partita internazzjonali. Fosthom it-tim Malti kiseb rebħa u erba’ draws. Fost dawn kiseb draw prestiġjuż ta’ 2-2 kontra l-Portugall.

Aktar tard fil-karriera, Dobrev ikkontribwixxa wkoll għall-iżvilupp ta’ ħafna tfal fil-livell ta’ grassroots fil-futbol lokali.