EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Is-sena l-oħra kien jilgħab mal-Ingilterra | Illum jirrappreżenta lill-Ġermanja

Jamal Musiala li għandu 18-il sena, sa Novembru li għadda kien jirrappreżenta lill-Ingilterra, f’livell ta’ youths, iżda illejla se jkun mal-iskwadra Ġermaniża li se taffronta lill-Ingilterra, fil-partita mill-aħħar sittax tal-Euro 2020 f’Wembley Stadium.

Madanakolu, minkejja li Musiala lagħab għall-Ingilterra, fi Frar tal-2021 hu għażel li jirrappreżenta lill-Ġermanja, il-pajjiż li fih twieled. Magħhom il-midfielder ta’ 18-il sena iddebutta fil-partita valida mill-kwalfikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022, fir-rebħa ta’ 3-0 li kisbu l-Ġermanja kontra l-Iżlanda.

Musiala sar ukoll l-iżgħar plejer li ddebutta mat-tim Ġermaniż f’kompetizzjoni internazzjonali meta daħal bħala sostitut fid-draw ta’ 2-2 kontra l-Ungerija.