Partijiet minn masġar qrib il-bajja tant popolari qalb il-Maltin u l-Għawdxin tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex.
It-Tlieta waranofsinhar il-bajja kienet miksija bid-dħaħen qawwija wara xi nirien li għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa belgħu partijiet minn din iż-żona.
In-nar tkebbes għall-ħabta tas-sagħtejn u sfortunatament, b’konsegwenza tar-riħ qawwi fiż-żona, bil-pumpiera jiġu msejħa fil-post minnufih.
Filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident – dan kollu wasal hekk kif pajjiżna qed jibqa’ jħabbat wiċċu ma temperaturi ferm għoljin, bl-esperti jisħqu li din is-saħna mistennija tibqa’ tissokta għal bqija tal-ġimgħa.


