Brażiljan ta’ 30 sena intbagħat il-ħabs wara li tressaq il-Qorti mixli li mporta tliet kilos sustanza ħadra suspettata ħaxixa tal-cannabis. Huwa ġie arrestat fl-ajruport nhar il-Ħadd li għadda hekk kif wasal minn Barcellona Pedro Augusto Charret ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud f’ċirksotanzi li juru li din ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu.
Irriżulta li nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija mill-Iskwadra Kontra d-Droga ġiet infurmata li l-iskwadra tad-Dwana kienet waqfet persuna li kienet għadha kemm tasal u saret spezzjoni fuq il-bagalja li kienet qed iġorr. Irriżulta li f’kompartament moħbi kien ammont sostanzjali ta’ ħaxixa bil-Brażijan jispiċċa arrestat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Steven Ryan Micallef filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għall-Brażiljan.
//= $special ?>