F’messaġġ fuq il-midja soċjali, l-attakkant ta’ Franza Kylian Mbappe talab apoloġija lill-poplu Franċiż wara li falla dak li kellu jkun il-penalty deċiżiv fil-partita mir-rawnd tal-aħħar 16 kontra l-Iżvizzera fejn ic-champions tad-dinja kienu eliminati mill-Euro 2020.
Mbappe żied jgħid li l-importanti hu li t-tim Franċiż joħroġ aktar b’saħħtu biex jaffaċċja l-isfidi tal-futur u fehem li l-partitarji huma diżappuntati. Intant, il-kowċ ta’ Franza Didier Deschamps iddefendu lil Mbappe u qal li l-attakkant ta’ 23 sena kien deċiżiv f’numru ta’ partiti oħra
//= $special ?>