Futbol Sport

L-Argentina u l-Urugwaj jikkwalifikaw għall-kwarti finali tal-Copa America

L-Argentina u l-Urugwaj ikkwalfikaw għall-kwarti finali tal-Copa America wara r-rebħiet rispettivi tagħhom kontra l-Bolivja u l-Paragwaj.

L-Argentina kisbu rebħa ta’ 4-1 kontra l-Bolivja, bil-gowls jaslu fis-6 minuta permezz ta’ Alejandro Gomez, penalty ta’ Lionel Messi fit-33 minuta, qabel ma l-istess Messi skorja t-tielet gowl għall-Argentina fit-42 minuta. Erwin Saavedra naqqas l-iskor għall-Bolivja fis60 minuta, bl-attakkant ta’ Inter Lautaro Martinez jiskorja r-raba’ gowl fil-65 minuta.

Min-naħa l-oħra l-Urugwaj kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra l-Paragwaj bil-gowl uniku tal-partita jasal fil-21 minuta permezza ta’ penalty mogħti u skorjat mill-attakkant ta’ Manchester United, Edinson Cavani.

Copa America : Argentina v Bolivja 4-1, Urugwaj v Paragwaj 1-0