L-Iżvezja kontra l-Ukrajna se tkun l-aħħar partita mir-rawnd tal-aħħar sittax fejn ir-rebbieħ minn din il-partita se jkun qed jilgħab kontra l-Ingilterra jew il-Ġermanja.
L-Iżvezja kwalifikaw għal din il-fażi wara li rebħu Grupp E fejn kisbu seba’ punti, b’rebħiet fuq l-Islovakkja u l-Polonja rispettivament u draw kontra Spanja. Minkejja n-nuqqas ta’ Zlatan Ibrahimovic, l-Iżvezja wrew li permezz tal-kollettiv tista’ tavvanza. Fost il-player li spikkaw kien hemm l-attakkant Alexander Isak, fejn minkejja li ma skorjax xorta wera l-abbiltajiet tiegħu bħala attakkant
L-Ukrajna li huwa l-inqas tim kwotat f’din il-fażi wara li kwalifikaw permezz tat-tielet post bi tliet punti biss se jkunu qed jittamaw li joffru sfida denja lill-Iżvezja kif għamlu fil-partiti tal-gruppi kontra avversarji aktar kwotati bħal l-Olanda.
Fil-passat iż-żewġ timijiet lagħbu erba’ darbiet kontra xulxin, bl-Ukrajna jirbħu tliet partiti filwaqt li l-Iżvezja jirbħu darba biss.
Rawnd tal-Aħħar 16: Żvezja v Ukrajna 9.00pm
//= $special ?>