Lokali Qorti

Mixli li ttraffika l-cannabis fix-Xatt tas-Sliema

Raġel ta’ 28 sena mill-Macedonja u residenti tas-Sliema ġie mixli quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li nhar it-Tnejn ittraffika d-droga cannabis fix-Xatt tal-istess lokalità. Dino Petrovik minn Skopje ġie mixli wettaq dan ir-reat anke qabel. Huwa ġie mixli ukoll bil-pusses tal-istess droga f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu.

Petrovik għamel talba għal libertà proviżorja iżda kienet miċħuda anke għall-fatt li kien hemm messaġġi ta’ traffikar fuq il-mobajl tiegħu u li m’għandux indirizz fiss. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jessica Bezzina.