Lokali Qorti

Neża’ għarwien fi Ġnien f’Birkirkara waqt li kien xurban

Indjan ta’ 43 sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettix reat ieħor fi żmien sena wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li offenda l-pudur u l-morali f’post pubbliku meta neża’ għarwien fi Ġnien l-Istazzjon, Birkirkara.

Nirvail Singh ammetta li wettaq dan ir-reat il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tal-10.00 p.m. waqt li kien xurban u fis-sakra. Huwa ammettal-akkużi kollha li nġiebu kontrieh u ngħata l-libertà bil-kundizzjoni u mwissi li jekk jirrepeti reat ieħor se jbati l-konsegwenzi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roxanne Tabone. filwaqt li Avukat tal-Għajnuna Legali Christopher Chircop deher għal Indjan.