Futbol Sport

Patrick Vieira se jinħatar coach ta’ Crystal Palace

L-eks plejer ta’ Arsenal Patrick Vieira se jkun qed jirritorna fl-Ingilterra, din id-darba bħala coach hekk kif laħaq ftehim biex jieħu din il-kariga ma’ Crystal Palace. Bħala coach Vieira kellu esperjenza ma’ New York City fl-Istati Uniti u aktar riċenti bejn l-2018 u l-2020 ma’ Nice fi Franza, fejn fl-ewwel staġun magħhom mexxijhom għas-seba’ post f’ Ligue 1.

Madanakollu f’Diċembru li għadda Vieira tneħħa minn coach ta’ Nice wara serje ta’ 5 telfiet u eliminazzjoni mill-Europa League. MIn-naħa l-oħra Crsytal Palace kienu jinsabu mingħajr coach wara li Roy Hodgson rtira mill-futbol fl-aħħar tal-istaġun li għadda, fejn mexxa lill-club għall-14-il post fil-klassifika tal-Premier League.