EURO 2020 Futbol Gruppi Sport Stadju Finali

Tmien rekords li kiser Cristiano Ronaldo matul il-Euro 2020

Minkejja l-elimninazzjoni tal-Portugall mill-Euro 2020 wara t-telfa kontra l-Bel[ju, din l-edizzjoni se tibqa’ mfakkra partikolarment għan-numru ta’ rekords li kiser Cristiano Ronaldo matul il-Euro 2020. F’dik li possibiliment setgħet kienet l-aħħar edizzjoni tal-Euro għall-Ronaldo, hu rnexxielu jniżżel ismmu fl-istorja fuq livell internazzjonali wkoll b’dawn ir-rekords.

L-aktar plejer li skorja gowls fl-istorja tal-futbol internazzjonali

Biż-żewġ gowls tiegħu fil-partita kontra Franza, Cristiano Ronaldo laħaq ir-rekord tal-Indjan Ali Daei għall-aktar plejer li skorja gowls fl-istorja tal-futbol internazzjonali, fejn skorja 109 gowls. B’hekk, huwa possibli u probabbli li fil-futur Ronaldo jikser dan ir-rekord ukoll.

L-aktar plejer li skorja gowls fil-kompetizzjoni tal-Euro

Cristiano Ronaldo sar l-aktar plejer li skorja gowls fl-istorja tal-Euro, hekk kif qabeż lil Michel Platini, li kellu 9 gowls, li kien skorja il-gowls kollha tieħgu fl-edizzjoni tal-Euro 84. Ronaldo skorja ħames gowls f’ din l-edizzjoni, b’total ta’ 14-il gowl fl-edizzjonijiet tal-Euro li pparteċipa fihom.

L-aktar plejer li rebaħ partiti fil-Euro

Hekk kif daħal għal dan it-turnament Ronaldo kien rebaħ l-istess ammont ta’ partiti fil-Euro daqs Cesc Fabregas u Andreas Iniesta, li rebħu 11-il partita kull wieħed. Madanakollu, bir-rebħa kontra l-Ungerija fl-ewwel partita minn Grupp F, Ronaldo sar l-aktar plejer li rebaħ partiti fil-Euro, rekord ta’ 13-il partita.

L-aktar plejer li skorja żewġ gowls f’partita, f’edizzjonijiet differenti tal-Euro

Biż-żewġ gowls li skorja kontra l-Ġermanja Ronaldo sar l-aktar plejer li skorja żewġ gowls f’partita, f’erba’ edizzjonijiet tal-Euro. Qabel din l-edizzjoni, Ronaldo kien f’parita’ ma’ Zlatan Ibrahimovic li skorja żewġ gowls f’partita, fi tliet edizzjonijiet separati.

L-aktar plejer li lagħab f’edizzjonijiet tal-Euro

Bil-parteċipazzjoni tiegħu f’din l-edizzjoni, Ronaldo sar l-aktar plejer li lagħab f’edizzjonijiet tal-Euro, fejn lagħab f’ħames edizzjonijiet, fl-2004, fl-2008, fl-2012, fl-2016 u fil-Euro 2020, b’ 60 preżenza mat-tim Portugiż fil-Euro. Li ma nafux jekk hux l-aħħar edizzjoni tiegħu …

L-aktar plejer li skorja gowls fil-Euro u fit-Tazza tad-Dinja f’daqqa

Ronaldo rnexxielu jikser ir-rekord ta’ Miroslav Klose għall-aktar gowls f’edizzjonijiet tal-Euro u edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja f’daqqa, bi Klose jkollu 19-il gowl għall-ismu. Madanakollu, Ronaldo skorja 21 gowl, 7 f’edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u 14 f’edizzjonijiet tal-Euro.

L-akbar plejer Portugiż li skorja f’turnament internazzjonali maġġuri

Fl-eta’ ta’ 36 sena u 139 ġurnata Ronaldo sar l-ixjaħ plejer li skorja għall-Portugall f’turnament internazzjonali maġġuti, wara li Pepe kien skorja fl-eta’ ta’ 35 sena u 124 ġurnata fit-Tazza tad-Dinja tal-2018.

L-unika plejer li skorja f’ħames edizzjonijet tal-Euro

Hekk kif l-ebda plejer ieħor ma lagħab f’ħames edizzjonijiet tal-Euro, Ronaldo mhux talli sar l-unika plejer li lagħab f’ħames edizzjonijiet, iżda sar ukoll l-unika plejer li skorja f’ħames edizzjonijiet tal-Euro.