Lokali

VOX POP: Il-Maltin kif ser iqattgħu is-Sajf?

Hekk kif f’pajjiżna beda l-istaġun tas-Sajf … staġun normalment assoċjat mal-ħruġ… festi…. iljieli twal… serati ħdejn il-baħar.. safar u vaganzi… Izda li li għat-tieni darba se jkun differenti mis-soltu.

Staqsejna lin-nies li kien hemm l-Imdina dwar jekk hux se jsiefru jew jekk għadhomx qed jaħsbuha darbtejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

U l-Maltin x’jippreferu? Is-Sajf jew ix-Xitwa?… Min qal li jippreferi x-Xitwa għax iddejqu s-sħana u oħrajn jippreferu s-Sajf għax hu staġun li jippermetti aktar ħruġ u attivitajiet.

Waqt li kien l-Imdina, Net News ma setax ma jistaqsix lin-nies u t-turisti dwar x’jaħsbu mit-temperaturi għoljin li kellna f’Malta matul din il-ġimgħa.