Fl-aħħar sigħat instabu 5 każijiet ġodda ta’ Covid-19, bil-każijiet attivi issa telgħu għal 45. Fl-aħħar sigħat ma fieq ħadd minn dan il-virus.
Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fuq il-paġna tas-Saħħa ta’ Facebook hekk kif fortunatament fl-aħħar 24 siegħa ma kellna l-ebda mewta kaġun tal-Covid, bl-ammont baqa’ dak ta’ 420.
It-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’Marzu tas-sena li għaddiet issa jlaħħaq it-30,623, bl-ammont ta’ persuni mfejqa huwa dak ta’ 30,158. Sat-Tlieta 320,604 persuna ħadu żewġ dożi tal-vaċċin għal kontra l-imxija.
Intant Malta mil-lum daħlet fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit, dan ifisser li l-Brittaniċi li jkunu ħadu l-programm kollu tal-vaċċin, se jkunu jistgħu jiġu f’pajjiżna.
//= $special ?>