EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Aktar minn 300 Skoċċiż pożittiv għall-Covid-19 wara li attendew għall-partita kontra l-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Skoċċiżi qalu li kienu minn1,991 każ ta’ Covid-19, 397 każ kienu ta’ dawk pożittivi qalu li marru jaraw il-partita bejn Skozja u Ingilterra f’Wembley Stadium fit-18 ta’ Ġunju.

Ir-rapport kompla jgħid li 55 każ ġew miż-żona għall-partitarji fi Glasgow filwaqt li 38 u 37 każ rispettivament kienu ġejjin mill-partiti li l-Iskozja lagħbet kontra l-Kroazja u r-Repubblika Ċeka f’Hampden Park.

Wara l-partita bejn l-Ingilterra u l-Iskozja, il-player Skoċċiż Billy Gilmour irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fejn il-players Ingliżi Mason Mount u Ben Chilwell kellhom jiżolaw rwieħhom mill-bqija tal-iskwadra wara li dehru f’ritratt mal-istess Gilmour.