Anzjana tilfet ħajjtha waqt li kienet qed tgħum f’San Pawl il-Baħar aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta ta’ 11:45am.
Jidher illi l-mara kellha bżonn l-għajnuna waqt li kienet fil-baħar. Hi ttellgħet fuq l-art u ngħatat l-ewwel għajnuna, iżda tilfet ħajjitha fil-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.