Il-Kap tal-PN Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech sostna fil-parlament llejla li minkejja li dan hu mument li jirrikjedi għaqda nazzjonali, il-Gvern jiddeċiedi waħdu dwar il-PJan ta’ Rkupru ekonomiku mill-COVID.
Il-Kap tal-PN qal dan wara stqarrija ministerjali tal-Prim Ministru Robert Abela li qal li nhar il-Ħamis 25 u l-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju ltaqa’ l-Kunsill Ewropew li trattat l-COVID, l-irkupru, l-immigrazzjoni, is-cyber seciurity u temi oħra.
Kienet diskussa wkoll is-sitwazzjoni dwar il-persuna LGBTI fl-Ungreija. Hu qal li l-ekonomija qed taqbad bit-turiżmu u żied li l-Fondi ta’ Rkupru ta’ €320 miljun f’fondi Ewropej kien approvat mill-Kabinett.
Dan issa jkun imressa quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Dwar l-immigrazzjoni rregolari hu ql li l-UE jeħtieġ tgħaddi mill-kliem għall-fatti fejn il-Libja tkun mgħejjuna ssaħħaħ il-fruntieri tagħha.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li l-PN jilqa b’sodisfazzjoni l-akkolazzjoni ta fondi Ewropej iżda l-Kabinett approva waħdu dan il-Pjan ta’ Rkupru propju meta fil-pajjiż hawn bżonn għaqda nazzjonali. Dan hu nuqqas ta’ għaqda politika fejn il-gvern jinjora l-pajjiż.
Bernard Grech qal li dan il-Pjan lanqas biss kien diskuss fl-MCESD u kompla li saret biss preżentazzjoni; jeħtieġ iktar konsultazzjoni fl-MCESD. Il-Parlament ukoll għandu jiddiskuti dan il-pjan u għalhekk saret talba biex issir din id-diskussjoni. IL-Gvern għandu jinforma l-prijoritajiet tiegħu f’dawn il-fondi.
Hu qal li hemm progress fuq iċ-ċertifikat Ewropew tal-COVID u staqsa jekk dan iċ-ċertfikat hux passaport biex persuni barranin jidħu f’Malta bla kwarantina.
Hu appella wkoll għal rieda politika fl-immigrazzjoni.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar staqsa kemm il-gvern alloka fondi fil-Pjan ta’ Rkupru u kemm se jkun hemm flus allokati għat-tibdil fil-klima.
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal l-Prim Mnistru għandu jippreżenta d-dokumenti kollha marbuta mal-Pjan ta’ Rkupru.
Id-deputat Nazzjonalista David Thake staqsa dwar turisti li ġew Malta minn Spanja u li kellhom jitpoġġew kwarantina minħabba każ ta’ COVID fuq l-ajruplan. Hu staqsa meta l-pajjiż se jasal biex jitneħħew il-mażriet ekonomiċi minn ma’ għonqha.
Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo staqsa dwar is-settur tal-ospitabbiltà u qal li Malta bidlet ir-regoli għa-dħul tal-Ingliżi f’Malta. Hu staqsa wkoll wdr il-herd immunity u appella biex tingħata stampa ċara dwar is-sitwazzjoni. Mistoqsijiet oħra minn Robert Arrigo kienu dwar il-ħaddiema, ir-ristoranti u l-barijiet li ma jistgħux jiftħu u dwar kemm Malta hi ppreparti biex jinħadem iċ-ċertifikat. Dan filwaqt li l-ajruport hemm dewmien esaġerat għall-passiġġieri.
Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis staqa dwar id-dikjarajoni li l-Prim Ministru iffirmat dwar l-LGBTQI u għaliex il-Ministru għall-Affraijiet Barranin m assoċjax ruħu ma’ pajjiż oħra dwar liġi diskriminatorja tal-Gvern Ungerija. Hu staqsa kemm ġew rilokati immigranti rregalari Ewropea fl-UE.
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono staqsiet kemm l-UE u Malta huma preparati jekk il-pajjiż jerġa’ jidħol f’mewġa oħra tal-COVID.
//= $special ?>