Il-Gvern irrikonoxxa dak li qal il-Partit Nazzjonalista din id-darba fil-qasam tal-IVF hekk kif il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar li Mediċina li tingħata għall-IVF mis-sena d-dieħla se tibda tingħata b’xejn.
Kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li fit-22 ta’ April li għadda kien wiegħed li l-proċess kollu tal-IVF inkluż il-mediċini jingħataw b’xejn minn gvern nazzjonalista.
Madankollu din l-aħbar kienet ġiet redikolata mill-Partit Laburista tant li fl-aħbarijiet tat-23 t’April li għadda kienu għamlu rapport li bih ghaddew bi żmien dak li kien qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista
Madankollu ftit tal-ġimgħat biss wara, il-Ministru tas-saħħa, minkejja l-kampanja qarrieqa tal-Partit Laburista li l-proċess kollu tal-IVF kien diġa’ b’xejn, fil-Parlament ammetta li koppji li jkunu għaddejin minn dan il-proċess iħallsu ammonti kbar ta’ flus f’mediċini u kien għalhekk li ħabbar dak li kienu ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista, li l-mediċini se jibdew jingħataw b’xejn mis-sena li ġejja.