Il-Gvern jibqa’ jġib ruħu b’mod supperv u arroganti wara li l-Kabinett approva waħdu l-infieq tal-fondi ta’ rkupru u resiljenza. Proprju fil-mument meta pajjiżna qiegħed jaffronta l-problemi maħluqa mill-Gvern stess wara l-vot ta’ sfiduċja li ħa mill-Financial Action Task Force (FATF).
Sostnew dan il-Membri fil-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carm Mifsud Bonnici, Toni Bezzina, Joseph Ellis u Kevin Cutajar. L-istqarrija ttenni li fil-mument meta hemm bżonn għaqda u ħidma nazzjonali, fil-mument meta m’għadux kollox bħas-soltu, f’dan il-mument li l-Gvern, fin-nuqqas ta’ għaqal politiku, kompla jinjora l-pajjiż kollu u baqa’ għaddej għal rasu.
L-oppożizzjoni Nazzjonalista tfakkar li hija diversi drabi appellat għas-sens komun u konverġenza, sabiex isiru diskussjonijiet qabel il-Gvern ifassal il-pjan tiegħu fl-infieq tal-fondi ta’ rkupru u resiljenza. Appelli għal-liema l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru talFinanzi Clyde Caruana għażlu li jaqtgħu ruħhom mir-realtá u jimmaġinaw li waħedhom ser jgħelbu l-isfidi nazzjonali.
F’din l-indifferenza u żball politiku l-oppożizzjoni trid tagħti eżempju ta’ kif għandha ssir lpolitika. Proprju għax il-Partit Nazzjonalista jibqa’ wieħed moderat u pro-attiv li jrid l-ġid lillpajjiżna u ma huwiex lest li jkun negattiv, quddiem l-fatt li jidher ċar li l-Gvern tilef kull kontroll, huwa iktar u iktar lest li jibqa’ jaħdem sabiex r-raġuni, li ma tridx forza, tirbaħ u jkun hemm t-tibdiliet neċessarji, veri u mhux kożmetiċi.
Għalhekk il-membri tal-oppożizzjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej fil-waqt li l-ewwel kienu jistennew li b’diċenza u b’aġir responsabbli, l-Prim Ministru kellu dmir jikkonsulta mal-Kap tal-Opposizzjoni. It-tieni jistennew li fil-kumitat jkun hemm mhux preżentazzjoni kożmetika imma waħda li tispjega u dettaljata fejn ir rapporti u ddiskussjonijiet li saru mal-Kummissjoni Ewropeja jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Fin-nuqqasijiet tal-Gvern preżenti huwa iktar ċar li pajjiżna jista’ jirbaħ dan il-mument jekk ikun hemm paġna ġdida. Pajjiżna jixraqlu aħjar. Pajjiżna jixraqlu Gvern li jirrispettah u mhux biss moħħu fl-interessi tiegħu, ittemm tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>