Lokali

Ħadd ma weġġa’ wara nirien li żviluppaw minn washing machine

Ħadd ma weġġa’ wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu żviluppaw nirien f’residenza fis-Swieqi. Kelliem għall-pulizija qalulna li kollox qed jindika li n-nirien żviluppaw minn washing machine.

L-inċident seħħ fi Triq Fuq il-Ġonna u l-awtoritajiet ġew mgħajta għall-ħabta tas-1.30am.

Fuq il-post waslu minnufih ħaddiema u pumpiera mill-Protezzjoni Ċivili li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident għajr biss xokk li sofrew ir-residenti tal-istess dar.