Ftit tal-ħin ilu il-Qorti Arbitrali tal-Isport iddeċidiet li ma tilqax l-appell ta’ Ħamrun u għalekk ikkonfermat id-deċiżjoni tal-UEFA liċ-Champions ta’ Malta ma’ jipparteċipawx fil-UEFA Champions League.
Aktar kmieni dan ix-xahar il-UEFA kienet ħadet id-deċiżjoni li ma tħallix lil Ħamrun jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet Ewropej minħabba każ li jmur lura għall-istaġun 2012/13. Fid-deċiżjoni tagħha l-UEFA kienet qalet li l-club kien għadu ma skontax is-sentenza hekk kif ma kienx għadu kkwalifika għall-kompetizzjoni Ewropeja qabel l-istaġun li għadda.
Minkejja l-isforzi ta’ Ħamrun, l-appell li ppreżentaw quddiem il-Qorti Arbitrali tal-isport (CAS) jidher li ma ntlaqgħax. Għalhekk Hibernians, kif pjanat jilgħabu l-ewwel leg mill-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni nhar it-Tlieta 6 ta’ Lulju kontra FC Flora f’Talinn l-Estonja.
