Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar appella lill-Gvern biex jinvetsiga u jwieġeb dwar kif qed jingħataw il-fondi lil ċertu għaqdiet volontarji mill-Uffiċċju tal-Volontarjat.
Fil-parlament llejla Kevin Cutajar tkellem dwar l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Volontarjat u qal li kienet ittieħdet linja biex l-għaqdiet volontarji li jirċievu fondi Ewropej iridu jkun reġistrati u konformi mal-liġi. Jirriżulta iżda li dan mhux qed ikun il-każ u hemm affarijiet inkwetanti li għandhom ikunu investigati mill-Gvern.
Kevin Cutajar qal li jidher l-fondi qed jingħataw minkejja li m’hemmx approvazzjoni jekk ċertu għaqdiet jikkwalifikaw minn dawn il-fondi. Hu staqsa jekk hemmx gġaqdiet li fil-passat għadhom m’humiex konformi mal-liġi kuf suppost, jekk inhu l-każ kemm hemm minn dawn l-għaqdiet, kemm minnhom irċevew fondi pubbliċi, liema huma dawn l-għaqdiet, għal kemm kienu jammontaw dawn il-fondi, għal xhix intużaw dan il-fondi, min ta l-awtorizzazzjoni biex jingħataw il-fondi, jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Volontarjat, min qed jinħeba wara dan l-uffiċċju, x’passi ħa l-Gvern biex jindirizza din il-problema, jekk kienx hemm talba mill-NAO u jekk kien hemm talba għal riżenja saħansitra bl-intervent dirett ta’ Kastilja.
//= $special ?>