Lokali Parlament

Il-gvern se jdur fuq iż-żgħir biex jibqa’ jgħatti lill-korrotti

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake qal li wara li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża issa l-gvern se jdur fuq iż-żgħir biex jibqa’ jgħatti lill-korrotti

Fl-Aġġornamnet tal-parlament iex jaqdu lill-korrti sħabhom il-gvern poġġa lil Malta fil-lista l-griża, sostna David Thake, li kkitika l-mod kif il-Gvern Laburista bidel sitt kummissarji tal-pulizija. Malta ilha tibni r-reputazzjoni sa mill-1987 iżda l-Gvern Laburista kissirha fi tmien snin biex jaqdi ill-korrotti. Żammew mal-korrotti kontra pajjiż u jgħajjar lill-PN għax kixifhom.

Id-deputat Nazzjnaista kompla li l-veru tradituri huma huma li ħallew lil sħabhomjsirqu u għattewlhom. Saħansitra qatlu ġurnalista biex ma tkomplix tikxef l-affarijiet. Għaliex il-Gvern ma jridx jinvestiga lill-Electrogas?

David Thake kompla li min ħoloq il-problema ma jista’ qatt ikun is-soluzzjoni u sostna li min tpoġġa minn Joseph Muscat ma jista qatt jiċħad lil Muscat. Hu sostna li li l-poplu Malti ma kienx jistħoqqlu jkun fuq il-lista l-griża u qal li l-Gvern ħaseb li se jwettaq il-korruzzjoni u ħadd ma jinduna.

Id-deputat Nazzjonalista qal li d-deputati tal-PL baqgħu viċin Yorgen Fenech u hemm ministru li qed jiffaċċja allegazzjoni li kien involut f’hold up ta’ Bank. Dan filwaqt li l-Prim Ministru kien l-avukat tal-Maksar u ta’ Joseph Muscat.

David Thake kompla li ħolqu bank biex jaħslu l-flus bih; il-Pilatus Bank. X’qed jistennew biex Maria Efimova u Jonathon Ferris jingħataw maħfra presidenzjali biex jixhdu? Il-Gvern issa se jdur fuq iż-żgħir u jimliehom multi u ħlasijiet iżda għadu jdur kontra Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat.