It-telfa ta’ lbieraħ kontra l-Ingilterra fil-Euro 2020, kienet l-aħħar partita li Joachim Low mexxa t-tim nazzjonali Ġermaniż, wara aktar minn 15-il sena f’din il-kariga. Low ġab revoluzzjoni fil-futbol Ġermaniż fejn rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014.
Minkejja s-suċċessi li kiseb, fejn apparti it-Tazza tad-Dinja tala-2014, hu rebaħ ukoll it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fl-2017, ħafna jqisu li Low dam xi ftit iżżejjed fil-kariga tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali Ġermaniż. Hekk kif bdiet tiġi fi tmiemha l-‘golden generation’ tat-tim Ġermaniż, fejn rtiraw plejers rinomati bħal Philip Lahm, Bastian Schweinstegier, Lukas Podolski, Miroslav Klose, Low baqa’ fi tmun tat-tim Ġermaniż, u forsi dan kien l-akbar żball tiegħu.
Madanakollu wieħed ma jridx inaqqas mill-mertu ta’ dan il-kowċ li mexxa lit-tim nazzjonali Ġermaniż għal 198 partita, fejn rebaħ 124 partita, ġie draw 40 u tilef 33 partita.
F’Marzu li għadda Low kien ħabbar li se jħalli lit-tim Ġermaniż fi tmiem il-Euro 2020, bl-eks assistenti kowċ tiegħu Hansi Flick, se jkun qed jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim Ġermaniż.
//= $special ?>