Stephen Spiteri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fil-parlament li l-iskop tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għandu jkun li tipproteġi l-embrijuni kif ukoll lill-koppji li jkunu għaddejjin minn dan il-proċess. Hu sostna li għandu jsir investiment fis-soluzzjonijiet dwal-problemi li jwassalu għall-infertilità; fost dawn hemm il-kannabis u l-istress.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li qed isiru avvanzi kbar barra minn Malta għalkemm f’Malta hawn ukoll l-aqwa opportunitajiet għal dawn is-servizzi. Importanti li l-kwalità tas-servizzi tkun garantita billi jsiru spezzjonijiet regolari mill-Awtorità.
Il-ħajja għandha tiġi l-ewwel u qabel u kollox u għandhom ikunu evtitati esperimenti ġodda li m’humiex approvati minn persuni li huma prużuntużi u jilgħabu mal-ħajja. Għalhekk l-Awtorità hi regolatur biex ikunu garantiti l-livelli neċessarji.
Il-COVID effettwat anki lil dawn il-koppji u għalhekk dawn il-koppji għandhom ikunu mgħajjuna. Dan isir b’servizz iktar effiċjenti. L-etika hi pilastru ewleini f’dan is-settur; il-ħajja tibda mill-konċipenti u din għandha tkun protetta mill-bidu sal-aħħar.
Kull fertilizzazzjoni potenzjalment tfisser li tiżviluppa f’persuna umana; rridu noffru l-ħarsien sħiħ lill-embrijuni vulnerabbli li jrid ikollu min jitkellem għalihom. L-Awtorità hi l-leħen ta’ dawn il-persuni ġodda fid-dinja. Kull devjazzjoni minn dan il-prinċipju hu nuqqas.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-embrijuni kienu mħarsa, ma jinħlewx, ikunu addottati jekk ma jintużawx, biex jitwieldu u jkollhom id-drittijiet, il-leħen u l-leħen li tħarishom.
Ma nappoġġjaw li jkun hem sfruttar ta’ embrijuni b’detriment għall-ħajja umana; irridu naħsru lejn id-dritt tal-embrijuni u mhux biss lejn dawk li jridu li jkollhom it-tfal. Mhux kull teknoloġija tħares il-bidu tal-ħajja u hi etikament, moralment u soċjalment koretta; dan il-parlament irid iħares lejnd awn il-valuri.
Hu tkellem favur l-adozzjoni tal-embrijuni u sostna li dan hu rikonoxximent li l-embrjun hu ħajja umana. M’għandux ikun tollerat li jsiru interventi biex jingħażel is-sess tat-tarbija jew li tkun terminata l-ħajja tal-persuni downs jekk fit-tqala jkun hemm indikazzjoni bikrija. Jeħtieġ edukazzjoni u councelling b’saħħtu għaliex hu għodda b’saħħtu daqs it-teknoloġija.
Hu tkellem dwar l-abort, li jmur bil-kontra ta’ dak li qed ikun diskuss fil-protezzoni tal-embrijuni. Jeħtieġ li l-konsistenza tal-maġġoranza tal-poplu b’appoġġ lejn il-ħajja għandha tkun rikonoxxuta, sostna Stephen Spiteri, li appella għal soluzzjonjiet kif il-persuni jaslu biex jagħmlu l-abort. Dan billi jissaħħ diversi setturi fosthom l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel. Hu semma’ d-deċi’joni tal-UE dwar l-abort u qal li f’Malta għandu jitħares id-dritt tal-bidu tal-ħajja tal-embrijun.