L-Erbgħa filgħaxija l-artisti u dawk kollha li jaħdmu fis-settur tad-divertiment kellhom jingħaqdu f’dimostrazzjoni fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
Madankollu l-permess għal din id-dimostrazzjoni kien rifjutat. Dan minkejja li d-dimostrazzjoni ‘Daqshekk Siekta’ kienet pjanata li tkun protesta paċifika, bil-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni, inkluż id-distanza soċjali.
Net News saqsa lid-Deputat Prim Minsitru dwar dawn l-artisti u kif dawn tħallew fil-għama, b’Fearne kkonferma li fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jingħataw xi forma ta’ għajnuna, iżda ebda ħjiel dwar meta jistgħu jibdew joperaw.
L-artisti l-Erbgħa filgħaxija fis-7.30, xorta waħda sabu mezz biex jingħaqdu u jsemmgħu leħinhom hekk kif għamlu attività virtwali bit-tama li l-messaġġ tagħhom ikun mismugħ mill-Gvern.
//= $special ?>