Mario Deguara, PN
Issa li l-pandemija tidher li qed tbatti nagħmel appell lill-Gvern biex ma jinsiex lil dawn il-koppji li jkunu qed jagħmlu l-IVF u li jkompli jinvesti iżjed fl-aħjar servizzi u fl-aħjar teknoloġija biex jiggarantixxi li dawn il-koppji jingħataw l-aħjar trattament li jkabbar il-probabbiltà ta’ suċċess. B’hekk biss nistgħu ngħollu sinifikament il-persentaġġ ta’ success tal-proċeduri li jintużaw fil-kamp tal-fertilità f’pajjiżna biex aktar koppji jaqtgħu xewqithom li jsiru ġenituri.
Dan sostnietu d-deputat Nazzjonalista Maria Deguara meta tkellemet fil-parlament dalgħodu.
Hi qalet li l-proċess tal-IVF f’Malta lanqas ma kien wieħed irħis speċjalment fejn tidħol in-nefqa għall-mediċini li koppja kellha tieħu biex tipprepara qabel ma jsir l-intervent.
L-Awtorità tas-Saħħa ħasset il-ħtieġa li kien wasal iż-żmien li jitwaqqaf Bord Regolatorju biex jiżgura li l-proċess tulu kollu ikun wieħed mingħajr periklu, trasparenti, ħieles u li jkun regolat sew biex ma jkunx hemm abbużi. Hija ħaġa naturali li l-parti l-kbira tal-kopji jixtiequ li jkollhom l-ulied.
Għaldaqstant nemmen li huwa d-dover u d-dmir tal-Istat li jgħin lil dawk il-koppji li ma rnexxilhomx jikkonċepaw b’mod naturali. Għalhekk min minnhom jixtieq u jitlob għal għajnuna biex isir ġenitur bl-użu tal-IVF għandu jsib kull għajnuna sew mil-gvern kif ukoll mis-soċjetà.
Anki kopji ta’ età żgħira jistgħu jiltaqgħu mal-problema ta’ infertilità għal raġunijiet oħrajn. Dawn ukoll għandhom dritt daqs ħaddieħor li jingħataw għajnuna permezz tal-IVF. Is-soċjetà kollha inkluż l-Istat għandhom juru empatija ma’ dawn il-koppji u għandna nuru solidarjetà magħhom billi niprovdulhom kull għajnuna possibbli biex jilħqgħu l-għan tagħhom.Dan kollu kien diġà f’moħħ l-awtoritajiet meta kienu bdew jiġu diskussi l-pjani strutturali għall-bini tal-isptar Mater Dei.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li kien taħt Gvern Nazzjonalista li l-proċess ta’ l-IVF ġie introdott formalment u beda jiġi r-regolat bit-twaqqif ta’ l-Embryo Protection Authority .
Fis-sena 2012 ġie mniedi l-ATT XX1 biex il-proċess jiġi formalment regolat. Dan l-Att, bħalma jiġri ma’ kull att ieħor, inħass li kellu jiġi emendat biex jirrifletti l-progress u l-kisbiet mediċi li kienu seħħew minn meta twaqqaf. L-att XXIV tas-sena 2018 żgura li dan it-tibdil jiġi salvagwardat bil-liġi.
Ftit żmien wara l-ftuħ tal-Isptar Mater Dei bdiet l-ewwel klinika tal-IVF u kien pass tajjeb u għaqli li l-amministrazzjoni presenti kompliet tkabbar utestendi l-faċilitajiet li wieħed isib fiha.
Komplew jiġu aġġornati numru ta’ regolamenti biex jirriflettu l-ħtiġijiet u l-bżonnijiet attwali, u s-sejbiet u l-avvanzi xjentifiċi li seħħew fl-aħħar snin
fil-kamp mediku. Fl-istess ħin inħasset il-ħtieġa li tissaħħaħ l-Awtorità biex tirregola dan is-settur u biex tiżgura li r-rekwiżiti tal-liġi jiġu osservati b’mod ekwu u trasparenti.
Hi qalet li din l-Awtorità għandha responsabilitajiet kbar fejn tidħol l-etika u l-kontroll tal-proċess innifsu.Trid qabel kollox tiprovdi għall-protezzjoni tal-embrijun u tiżgura li d-deċiżjonijiet li jittieħdu ikunu fl-aħjar interess tal-koppji u tat-tarbija jew trabi li jkunu ġew ikkonċepiti bil-proċedura tal-IVF. L-Awtorità mistennija ukoll li tiżgura li jinżammu l-għola standards tul il-proċess kollu kif speċifikati fil-liġijiet li jirregolaw l-fertilità. Dan tista’ tagħmlu billi taħdem b’mod trasparenti id f’id mal-istakeholders kollha li jaħdmu f’dan is-settur.
Servizz ieħor li nemmen li għandu jibqa’ jiġimsaħħaħ u li hu assoċjat direttament mal-proċess tal-IVF hu t-team multidixxiplinarju. Jeħtieġ li nirrealizzaw l-importanza ta’ dan it-team multi dixxiplinarju li għandu l-expertese biexjindirizza l-parti l-kbira ta’ l-isfidi u fatturi oħra
involuti fil-proċess ta’ l-IVF. Għalhekk jinħtieġ il-kontribut ta’ numru varju ta’ esperti fil-materja fosthom is-servizz ta’ fertility nurse, fertility councillor, speċjalista tal-ġenetika, embrjologu uanastetista. Dan biex niżguraw servizz komplet,speċjalizzat u tal-għola kwalità.
Sfortunatament minħabba l-pandemija s-servizz tal-IVF bħal servizzi oħra ġie mnaqqas u dan wassal għal dewmien għal koppji li qegħedinjistennew dan is-servizz u li kull jum li għadda,fisser tbattija u wgieħ ta’ ras mingħajr bżonn.
Għalkemm is-servizz tal-IVF li jipprovdi l-gvern f’Mater Dei sal-lum huwa b’xejn però l-koppja li tkun qed tiġi ppreparata għal din il-proċedura, sal-lum, xorta waħda għadha trid tħallas għall-mediċini u għall-injezzjonijiet neċessarji qabel il-proċedura minn butha u l-ispiża ta’ dawn il-medicini hija waħda għolja li mhux il-koppji kollha jifilħu għaliha.
Dawn qed jiġu mċaħda milli jsiru ġenituri minkejja li jeżistu proċessi biex jgħinu biex daniseħħ. Ħaġa tajba li kieku l-gvern jaqbel li, bħal ma qed twiegħed l-Oppożizzjoni, jikkommetti ruħu li jipprovdi dawn l-mediċini bżonjużi mingħajr ħlas lil kull minn għandu bżonnhom.
//= $special ?>