Fi Buenos Aires kompliet il-kawża fil-konfront tal-kirurgu Leopoldo Luque akkuzat li seta kien responsabbli b’negliġenza għal mewt ta’ Diego Armando Maradona. Filwaqt li Luque ma ta ebda kummenti lil ġurnalisti għajr li caħad l-akkużi kontriħ, fix-xhieda quddiem il-prosekuturi fi Buenos Aires l-avukati tiegħu Julio Rivas u Mara Digiuni kkummentaw li r-residenza ta’ Maradona ma kientx il-post ideali sabiex ifieq mill-problemi serji li kellu marbuta mal-uzu ta’ alkohol u li Luque dejjem qed dmiru kull meta intalab jgħamel dan mill-familjari.
L-avukat Rivas qal wkoll li l-psikjatra Agustina Cosachov li flimkien ma erba’ persuni oħra qed tkun investigata ma kellha x’taqsam xejn mal-mewt ta’ Maradona.
20 espert mediku mqabbda mill-prosekutur qablu li kien hemm bosta irregolaritajiet u nuqqasijiet li wasslu għal mewt ta’ Maradona minkejja li f’erba’ testijiet tal-qalb li saru bejn l-2019 u l-2020 ma kellu ebda problemi serji.
Imħallef fil-qorti ta’ Buenos Aires issa jrid jiddeciedi jekk jingħatax bidu għal ġuri kontra Leopoldo Luque jew le.
//= $special ?>