L-ahwa George u Alfred Degiorgio, li jinsabu akkuzati bl-ezekuzzjoni tal-qtil tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia, talbu laqgha urgenti mal-Europol sabiex jizvelaw l-informazzjoni kollha li qed jghidu li ghandhom.
Din il-mossa waslet wara li ftit ilu kienet michuda talba ohra li ghamlu ghal Mahfra Presidenzjali. Fl-istess perijodu, huma kienu ghamlu wkoll kuntatt mal-Kummissarju Ewropew ghall-Gustizzja.
Din id-darba…f’ittra mibghuta lid-Deputat Direttur Will van Gemet, l-ahwa Degiorgio jinsistu li jpoggu bilqeghda mieghu halli f’pajjizna verament issir gustizzja…u mhux gustizzja selettiva. Din l-ittra intbaghtet nhar it-Tnejn mill-avukat William Cuschieri.
L-ahwa qed jallegaw l-awtoritajiet Maltin ma jridux jisimghu l-informazzjoni li ghandhom xi jghidu huma. Dan ghaliex qed isemmu lil politici bhal Chris Cardona u Carmelo Abela; il-Ministru fl-Ufficcju tal-PM Robert Abela. U huwa ghalhekk li f’dan il-punt, l-ahwa Degiorgio mhumiex jafdaw l-awtoritajiet Maltin u jridu jmorru bl-informazzjoni ghand il-Europol.
George u Alfred Degiorgio ilhom xhur shah issa jimplikaw lil Chris Cardona u lil Carmelo Abela.
Cardona qed jissemma’ bhala l-persuna li allegatament kellu x’jaqsam fl-assassinju ta’ Caruana Galizia….filwaqt li Carmelo Abela, dejjem skont l-ahwa Degiorgio, huwa imdahhal f’reati magguri serji, fosthom l-attentat hold-up fuq l-HSBC.
//= $special ?>